Wara l-prestazzjoni mill-aqwa tal-bieraħ li fiha spiċċaw l-ewwel u t-tieni fis-singles, Kayden Lagana’ u Nicholas Muscat żammew il-forma brillanti tagħhom biex ħadu t-tieni post fil-kompetizzjoni tad-doubles maskili dalgħodu f’Ruma.
Iż-żewġ plejers lagħbu tajjeb, b’Nicholas jilgħab total ta’ 1219 u Kayden wieħed ta’1206. It-tim beda bil-qawwa u kienu ma l-ewwel ħamsa mill-bidu. Muscat kellu bidu qawwi ħafna , u lagħab medja ta’ 216 fl-ewwel 3 logħbiet , u kompla b’ritmu tajjeb anke fit-tlieta ta wara. Lagana’ kellu logħba wahda ftit batuta , iżda mbagħad lagħab logħba brillanti ta 276 li għenitna naqbzu l-Italja u Franza biex nispiċċaw fit-tieni post wara t-tim Grieg.
It-tim tad doubles tan-nisa jilgħab illum wara nofsinhar.