Ir-raba’ jum tat-trials tal-EYC ra lil Kayden Lagana jestendi l-vantaġġ tiegħu fuq it-tieni post Nicolai Mallia hekk kif lagħab total ta’ 1061 kontra total ta 1032 ta’ Mallia. Il- qabża l-kbira saret minn Tomas Caruso li lagħab serje tajba ta’ 982 biex tela’ fir-4 post, għadu wara Travis Barbara iżda quddiem Julian Baldacchino.
Ħu ż-żgħir ta ‘Nicolai , Mikhail kellu ġurnata tajba ħafna b’serje ta’ 919 (medja ta’ 183.8) biex resaq qrib ħafna ta’ Baldacchino. L-aħjar logħba tal-ġurnata kienet 255 minn Lagana’.
Fis-sezzjoni tal-bniet, b’Karlise Bartolo għadha fuq quddiem, kienet Jade Barbara li marret fit-2 post hekk kif qabżet lil Celianne Micallef.
L-aħħar żewġ sessjonijiet se jsiru f’Jannar wara l-waqfa tal-vaganzi.