It-timijiet Nazzjonali Maltin tal-bowling taż-Żgħażagħ (erba’ subien u erba’ 4 tfajliet) marru l-Finlandja biex jieħdu sehem fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ taħt it-18-il sena li fihom ħadu sehem 100 subien u 68 tifla li jirrappreżentaw 27 pajjiż.
Mingħajr l-ebda ċentru uffiċjali biex jitħarrġu fih għal tliet xhur, dan ma kienx se jkun faċli iżda grazzi għall-appoġġ f’waqtu ta’ BeActive SportMalta, ċertu ammont ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ saru disponibbli f’Għawdex u f’Malta fiż-żewġ ċentri żgħar li fadal biex il-plejers ikollhom livell aċċettabbli ta’ preparazzjoni, taħt il-kowċ Mark Spiteri.
It-tim maskili ta’ 4 subien, magħmul minn Nicolai Mallia, Julian Baldacchino, Chris Fenech u Kayden Lagana’ , kellu prestazzjoni mill-aqwa u spiċċa fis-7 post minn 22 tim qabel pajjiżi bħall-Ingilterra, l-Olanda, il-Ġermanja, Franza u l-Italja, biex insemmu xi ftit. Kien matul din il-kompetizzjoni tat-timijiet li Lagana’ stabbilixxa mhux biss ir-rekord Malti tal- juniors ta’ sitt logħbiet iżda wkoll l-aqwa serje ta’ sitt logħobiet minn żagħżugħ fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ ta 1487 (medja ta’ 247.8), li beda bi 22 strajk inkredibbli wara xulxin biex kellu logħba perfetta ta 300 segwita minn ohra ta 289. Lagana’ b’din il-prestazzjoni spiċċa fir-4 post fl-“all events” , u għamilha wkoll sal-Masters fejn tilef fil-konfront dirett tal-ftuħ man-Norveġiż Mathias Danielsen, li kompla għaddej biex jirbaħ il-Masters.
It-tim tal-bniet, bowling fuq kundizzjoni ta’ karreġġjata inqas diffiċli iżda xorta iebsa , magħmul minn Mia Bugeja, Celianne Micallef, Jade Barbara u Karlise Bartolo spiċċaw fl-14-il post, b’Mia tkun l-aħjar b’medja qawwija ta’ 188, li flimkien mal-punteġġi tagħha fl-avveniment tas-singles u d-doubles, fissret li spiċċat l-ogħla mit-tfajliet Maltin fit-43 post.