Il-wirjiet brillanti tat-tim nazzjonali Malti tal-bowling fil-Kampjonat tal-Mediterran f’Ruma komplew il-Ġimgħa bir-rebħ tal-midalja tal-fidda mit-team malti. Bi prestazzjoni mill-aqwa mit-tim magħmul minn Tiziana Carannante, Cynthia Frendo Duca, Nicholas Muscat u Kayden Lagana’. Wara l-ewwel erba’ logħbiet fil-kompetizzjoni tat-tim fuq sitt logħbiet, it-tim kien fir-raba’ post b’total ta’ 3026, kontra t-3059 ta’ Franza, it-3100 ta’ Spanja u l-Italja bi 3118.
Dan kien il-mument meta t-team malti beda’ japplika l-pressjoni u sa tmiem id-disa’ frame Spanja kienet warajna! Bl-Italja wisq ‘il quddiem, l-għajnejn kollha kienu fuq Franza. L-aħħar frame għal Malta kien brillanti bl-4 bowlers kollha jispiċċaw b’saħħithom, immexxija b’ logħba kbira ta’ 279 minn Lagana’. Taħt pressjoni kbira, l- aħħar bowler Franċiż tilef iċ-ċans li jiksbu t-tient post, hekk kif immissja l’ pin li kien fadal, u it-tim Malti ħa t-tieni post b’9 pins, 4613 vs 4604. L-Italja rebħet id-deheb bl-iskor ta’ 4706.
Intant Kayden Lagana għamilha lejla aktar memorabbli hekk kif, grazzi ukoll għal-loghħba ta’ -279, qabeż lit-Taljan Luca Micchie’ biex spiċċa fit-tielet post fl-kategorija ta ‘l-“ All Events” u rebaħ il-midalja tal-bronż.
Is-Sibt għandna tlieta mill-erba’ bowlers tagħna li se jilagħbu fil-Masters , b ‘Nicholas u Kayden fil-kategorija maskili u Tiziana f’dik tan-nisa.
Ringrazzjament speċjali jmur għal BeActive SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti għall-appoġġ finanzjarju qawwi ħafna tagħhom lejn il-partecipazzjoni u taħhrig għal dawn il-Kampjonati , speċjalment biċ-ċentru lokali ewlieni magħluq.