Żewġ punti biss jisseparaw iċ-champions OKMalta.com mir-rivali FINA, hekk kif għadu kif spiċċa l-ewwel round, fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal bowling. Iż-żewġ timijiet kellhom rebħa identika ta 6-2 , kif ukoll bl-aħjar scores tal-ġimgha, bit-tim Fina jibbrillaw b 935 fl-aħħar logħba, b’logħba ta 277 min Sue Abela.
Fit-tielet post, kemmxejn maqtugħin, insibu lil Turu’s Knights wara t-telfa kontra FINA. L-ogħla logħba tal-irġiel kienet 277 ta Joe Cassar, filwaqt li Justin Caruana Scicluna kellu l-aqwa series ta’ 682. Fin-nisa, Cynthia Frendo Duca lagħbet l-aħjar series ta 645.
Mauro Anastasi u Sue Abela għandhom l-aħjar average fl-aħħar tar-round. Anastasi u Abela ser ikunu jirrapreżentaw lil Malta, flimkien ma’ Caruana Scicluna u ż-żagħżugħa sportiva tas-sena Sara Xuereb, fil-kampjonati tal-Mediterran li ser jintlagħbu f’Malta fil bidu ta’ April.
Klassifika:
DIV 1. OkMalta.com 60, FINA 58, Turu’s Knights 40, Supersonic 38, Royal Shock, Blexr.com 36, XS Park Towers 34, Supreme 26, Strike me Jabaal 20, Mean Machine 12.
DIV 2 Bank of Valletta fuq quddiem, Blitzkrieg fit tieni post u wara MIA fit-tielet post
DIV 3: One 4 All jinsabu l-ewwel segwiti min PinPals u Greens