Il-Kampjonati Mediterranji tal-Bowling bdew bil-kbir hekk kif lż- żgħażagħ Kayden Lagana’ u Nicholas Muscat rebħu midalja tad-deheb u tal-fidda rispettivament fis-singles f’dawn il-Kampjonati
Kemm Lagana’ kif ukoll Muscat bdew tajjeb fl-ewwel tliet logħbiet, bit-tnejn ikunu mal-ewwel għaxra f’dak l-istadju. Lagana’ imbagħad verament sab il-forma tiegħu b’ logħob ta’ 232 u 236 tela’ sal-1 post , 3 pins biss quddiem il-Grieg Nikolaos Serelis, biex kien fadal logħba waħda biss.
F’dan l-istadju, Muscat kien għadu fil-11-il post , 70 pin ‘il bogħod mit-tielet post. Lagana kompla tajjeb u b’mod konsistenti, biex l- aħħar logħba tiegħu ta’ 201 tkun aktar minn biżżejjed biex jiddistakka lill-plejer Grieg li l-aħħar logħba tiegħu ta’ 170 kienet tfisser li Muscat kellu ċans żgħirg ħal midalja jekk l-aħħar logħba tkun kbira. Hekk għamel Muscat bi strajk wara strajk biex spiċċa b’logħba kbira ta’ 258, 33 pin wara Lagana’ u 3 pins biss quddiem Serelis.
Bidu mill-aqwa għas-subien tagħna hekk kif għada mmorru għall-avveniment tad-doubles!