Waslet it-tielet midalja għal Malta waqt il-Kampjonat tal-Mediterran tal-Bowling li qed isir f’San Marino. Dan wasal mill-koppja tal-Mixed Doubles Sue Abela u Kayden Laganà.
Inċidentalment it-tliet midalji mirbuħa minn Malta sa issa waslu kollha fil-kategoriji kollha tad-Doubles: bronż fil-Men’s Doubles, fidda fil-Women’s Doubles, u issa bronż ieħor fil-Mixed Doubles.
Laganà u Abela spiċċaw wara l-Greċja u l-Iżrael rispettivament. Il-maltin spiċċaw is-sitt logħbiet b’punteġġ totali ta’ 56 pin biss inqas minnhom.
Fl-azzjoni wkoll il-koppja maltija l-oħra Mauro Anastasi u Cynthia Frendo Duca. Huma spiċċaw din il-kategorija fl-għaxar post fost 30 pari.
Bi tliet medalji diġà madwar għonqhom, dawn l-atleti qed jippreparaw għall-aħħar kategoriji mistennija ta’ dawn il-kampjonati Mediterranji. Fosthom għad fadal il-kategorija tat-timijiet u l-kategoriji rispettivi tal-Masters fejn l-aqwa tmien bowlers minn kull sess biss jikkwalifikaw għalihom.