Mauro Anastasi beda t-tielet ġurnata tal-Kampjonat Nazzjonali fit-tielet post wara Miguel Xuereb u Mark Spiteri, iżda wara tliet logħbiet kbar bi skor ta 234, 257 and 227 biex tela’ fuq quddiem, filwaqt li Spiteri pprova jzomm miegħu iżda Xuereb waqa lura.
Min hemm, Anastasi baqa’ għaddej izomm lil Spiteri ftit il’ bogħod u wara li ġab 243 fil-logħba ta qabel tal-aħħar, Spiteri ċeda u kellu jikkuntenta bit-tieni post. Kellna ġlieda ferm akkanita għat-tielet post bejn Dennis Mercieca u t-talent zagħzugħ ta’ 17-il sena Matthew Magro, b’Mercieca jirnexxielu jgħaddi lil Magro b’sitt pins biss hekk kif ġab double fl-aħħar frame tal-aħħar logħba.
B’hekk Anastasi sar l-ewwel raġel Malti li rebaħ dawn il-kampjonati għal ħames darbiet.
Fin-nisa, Abela għamlita ċara mill-bidu nett tal-aħħar gurnata hekk kif lagħbet 246 fl-ewwel logħba kontra 184 ta Cynthia Frendo Duca, li kienet fit-tieni post. Abela kompliet għaddejja tajjeb biex rebħet b’distakkk ta iktar minn 200 pin, hekk kif lagħbet medja ta’ 216 fl-aħħar ġurnata. Frendo Duca u Tiziana Carannante kellhom taqtiegħa tajba sal-aħħar għat-tieni post, iżda kienet Frendo Duca li żammet it-tieni post.
Abela u Anastasi issa jirrapreżentaw lil Malta fit-Tazza taċ-Champions Ewropej fit-Turkija fl-aħħar ta’ Ottubru.