Il-Ħadd wara nofsinhar fic-Centenary Stadium intlagħbet il-finali tal-BOV Challenge Cup, konfront li laqqa lill-Pieta Hotspurs u Valletta FC.
Fis-semifinali Pieta għelbu lil Tarxien Rainbows 2 – 1 filwaqt li Valletta għelbu lil Żurrieq 3 – 2.
Il-konfront intlagħab quddiem attendenza sabiħa ħafna li ppakkjat ic-Centenary Stadium; konfront li kien kontrollat minn Emanuel Grech u kien assistit minn Kurt Saliba u Andrea Pavia Schiavone bir-raba uffiċjal kien Andrea Naudi.
Wara taqsima mingħajr goals, Pieta skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa fit-53 minuta, goal skorjat mill-internazzjonali Malti Kian Leonardi. Pieta, taħt il-gwida ta’ Manuel Caruana, irnexxilhom jikkontrollaw lill-Valletta sat-tmiem biex b’hekk rebħu l-konfront 1 – 0.
Wara l-partita, l-Viċi President tal-MFA, Dr. Matthew Paris preżenta t-trofew lill-captain ta’ Pieta Zean Leonardi.
Ritratt: Pieta Hotpsurs