Il-Partit Nazzjonalista llum qal li Joseph Muscat jattakka lill-whistleblowers.
Il-Partit Laburista irreaġixxa billi qal li l-unika Mexxej li attakka whistleblower f’pajjiżna huwa Simon Busuttil fil-każ work for votes f’Għawdex, fejn wara li semmih li kien iltaqa’ miegħu u ċanfru li ma messux baqa’ għaddej bix-xogħolijiet la kienet se tintilef l-elezzjoni, għamilu mandat biex jagħlaqlu ħalqu.
Bil-kontra Joseph Muscat daħħal liġijiet biex propja tiżdied it-trasparenza fil-politika, liġijiet bħal-whistleblowers act, il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti u t-tneħħija tal-preskrizzjoni, wara 25 sena.
Bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbati.
Aħjar flok ikompli jigdeb u jħarref fuq il-Prim Ministru u l-familja tiegħu mingħajr ma jippreżenta prova waħda, il-Kap tal-Oppożizzjoni jieqaf ikun falz, ipokrita u l-iktar politiku giddieb fl-istorja.