Hekk kif id-dinja għadha qed tikkumbatti kontra t-tixrid tal-Coronavirus, Donald Trump stqarr li ta ordnijiet sabiex l-Istati Uniti ma tibqax tagħti finanzjamenti lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dan għaliex skontu l-WHO qed tonqos milli tieħu azzjonijiet rigward it-tifqigħa tal-Coronavirus.
Id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wieġeb billi saħaq li huwa ta’ diżappunt li l-President Amerikan qed jieħu din l-attitudni.
Intant l-Gvern Taljan qal li jaf tieħu xhur sakemm dawn in-negozji jerġgħu jiftħu mingħajr restrizzjonijiet.
Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez qal l-ħajja mhux ħa tmur lura għan-normal sakemm jinstab vaċċin. It-total ta’ każijiet kkonfermati fi Spanja issa tela kważi għal 5,100 f’temp ta’ erbgħa u għoxrin siegħa.
Fil-Ġermanja t-total ta’ mwiet issa tela’ għal 3,000 ruħ hekk kif sal-jum tat-Tlieta mietu mitejn ħamsa u tmenin persuna oħra.
Min-naħa tagħna, il-President tal-Kummissjoni Ewropeja Ursola von der Leyen ħabbret ir-rakkomandazzjonijiet għal-istati membri li qed jaħsbu sabiex joħorġu mil-lockdown. Hija appellat sabiex dan isir b’mod gradwali.
Is-Segretarju tas-Saħħa Ingliż Matt Hancock ħabbar pjan sabiex jibdew jiskattaw 100,000 test sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. Fir-Renju Unit 761 persuna oħra mietu b’hekk it-total issa tela’ għal aktar minn 12,800 ruħ.
It-Tour De France li kien pjanat li jibda fis-27 ta’ Ġunju li ġej issa mexa għal xahrejn wara, jiġifieri fl-aħħar t’Awwissu.
Intant f’Singapor saret mandatorja li jintlibsu l-maskli.