Bosta persuni dalgħodu qamu xxukkjati għall-aħbar dwar it-telfa ta’ Rita Vella Borg, attivista fil-qasam tad-diżabilità.
Vella Borg għal bosta snin kienet Chairperson tal-Muscular Dystriohy Group u anke membru fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tas-CRPD.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Deskritta bħala mara b’qalb tad-deheb u li dejjem kienet lesta biex tgħin, kienu bosta li qasmu memorji ħelwin li kellhom ma’ Rita b’uħud anke jfakkru l-ħidma tagħha fejn sostnew kif ġabet ‘il quddiem is-servizz tal-assistenti personali biex persuni b’diżabilità setgħu jibqgħu jgħixu fi djarhom bl-appoġġ meħtieġ.
Kienu bosta ħbieb ta’ Rita li sostnew kif kienet mara ta’ ispirazzjoni għalihom fejn minkejja l-ostakli, baqgħet għaddejja b’ħajjitha.