Minn tal-inqas tmintax-il persuna, il-parti l-kbira huma studenti, tilfu ħajjithom wara li siġra kbira waqgħet fuqhom f’kaskata popolari f’Kintampo fil-Ghana.
L-istudenti kienu qed jgħumu waqt maltempata meta seħħ dan l-inċident ikrah.
Madwar 22 persuna oħra sfaw midruba fejn bħalissa jinsabu l-isptar jirċievu l-kura neċessarja.
Timijiet tas-salvataġġ kellhom jagħmlu użu minn makkinarju li jaqta’ sabiex jirnexxilhom jeħilsu lil dawk li spiċċaw maqbuda taħt is-siġra.