Numru ta’ siti tal-aħbarijiet tal-Istati Uniti huma temporanjament mhux aċċessibbli fl-Ewropa.
Dan wara li daħlu fis-seħħ ir-regoli ġodda tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data.
Il-‘General Data Protection Regulation’ (GDPR) tagħti aktar drittijiet liċ-ċittadini Ewropej dwar kif tkun użata l-informazzjoni tagħhom.
Fost is-siti mhux aċċessibbli f’ħafna pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bħalissa hemm Chicago Times u LA Times.