Brett Hanikson, uffiċjal tal-pulizija fl-istat ta’ Louisiana ġie akkużat li spara tiri fid-direzzjoni tal-appartamenti iżda l-ebda wieħed mit-tliet uffiċjali tal-pulizija implikati ma kienu akkużati direttament bil-qtil ta’ Breonna Taylor.
Din l-akkuża qajjmet rabja sħiħa fost diversi attivisti li nsistew li ma twettqitx ġustizzja filwaqt li appellaw lill-Amerka sabiex tqum fuq saqajha.
Hanikson jista’ jaffaċċja sa massimu ta’ ħames snin priġunerija.
Mill-investigazzjonijiet li saru wera li ż-żewġ uffiċjali l-oħra ġġustifikaw l-użu tal-forza tagħhom minħabba li kienu qed jipproteġu lilhom infushom.
B’hekk b’din il-ġustifikazzjoni l-uffiċjali ma jistgħux jaffaċċjaw akkużi kriminali relatati mal-mewt taż-żagħżugħa Breonna Taylor li nqatlet f’Marzu li għadda b’diversi tiri minn arma tan-nar waqt li l-Pulizija kienu qed ifittxu għad-droga f’darha.