Suċċess għall-31 edizzjoni tal-International Easter Meet u l-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm li saru fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Ta’ nota li waqt dan l-avveniment inkissru bosta rekords.
Il-parteċipazzjoni kbira, flimkien mar-riżultati u ħinijiet sbieġ miksuba, juru li l-interess u l-livell ta’ dan l-isport qiegħed dejjem jikber f’pajjiżna.
Avveniment li ra l-parteċipazzjoni ta’ 400 għawwiem minn 18 il-klabb akwatiku.
Sliema ASC rebħu t-Trofew għall-klabbs, trofew li kien ibbażat fuq ir-riżultati li nkibu fil-kompetizzjonijiet individwali u r-relays.

Dawn huma r-rekords kollha miksura:
· Men, 100m Freestyle: Matthew Satariano, 54:14, Easter Meet Group E
· Men, 200m Freestyle: Matthew Satariano, 2:00.19 Easter Meet Group E
· Men, 200m Medley: Matthew Satariano, 2:16.03 Easter Meet Group E
· Men, 200m Medley: Matthew Satariano, 2:14.10 Age Group Record Group D
· Women, 800m Freestyle: Sasha Gatt, 9:00.38, Easter Meet Open
· Women, 1500m, Freestyle: Sasha Gatt, 17:10.13, Easter Meet Open
· Women, 50m, Butterfly: Michela Portelli, 28.04, National Record
· Women, 50m, Butterfly: Michela Portelli, 28.00, National Record
· Women, 100m, Butterfly: Michela Portelli, 1:03.15, National Record
(Photo Credit: Timmy Cutugno)



