Mill-ewwel ta’ Ġunju, bosta pajjiżi minn madwar id-dinja komplew ineħħu r-restrizzjonijiet b’rabta mal-imxija tal-Covid-19.
L-Iżveżja estendew il-ħinijiet tal-ftuħ tal-bars, filwaqt li fl-Italja ir-ristoranti jistgħu jibdew iservu lill-klijenti tagħhom fuq ġewwa wkoll.
Ir-Renju Unit kompliet ukoll il-ħidma tagħa sabiex tilqa’ lit-turisti fil-pajjiż, hekk kif żiedet il-protokolli fl-Ajruporti. Fil-jiem li ġejjin ir-Renju Unit mistennija tħabbar xi rilaxx fil-miżuri tal-Coronavirus.
Fil-jum tat-Tlieta, il-Ministru Ewlieni tal-Iskozja fil-Parlament ħabbret ukoll pjan ta’ rilaxx matul ix-xahar ta’ Ġunju.