Terremot qawwi li kejjel sitta punt wieħed fuq l-iskala Richter heżżeż lill-gżira ta’ Luzon fil-Filippini, bil-konsegwenza li mietu minn tal-inqas ħdax-il persuna.
Bit-theżżiża saret ħsara kbira f’ajruport, u nqerdu għalkollox minn tal-inqas żewġ binjiet.
L-awtoritajiet qed jibżgħu li għexieren ta’ persuni jinsabu maqbuda taħt binja li ġġarrfet fil-provinċja ta’ Pampanga viċin il-kapitali Manila.
Din il-provinċja hija fost l-aktar milquta mit-terremot, fejn indarbu minn tal-inqas għoxrin persuna.