Numru ta’ persuni ndarbu wara li splodiet bomba suwiċida fi kwartieri tal-Pulizija f’Surabaya, jum wara l-attakk qerriedi fil-belt Indoneżjana.
L-awtoritajiet qalu li tifla li kienet fil-grupp, salvat l-attakk li fiha ndarbu minn tal-inqas għaxar persuni.
Dan l-attakk seħħ wara li familja oħra wettqet attakki suwiċida fi tliet knejjes il-Ħadd li għadda.
Il-grupp terroristiku Daesh refa’ r-responsabbiltà għal dawn l-attakki.