Minn tal-inqas seba’ qed ikunu rrapurati li ġew miruba f’attakk fil-belt ta’ Ġerusalemm.
Il-Pulizija Iżraeljana qalet li aktar minn persuna fetħu n-nar u sparaw fuq il-pubbliku f’żoni separati tal-belt.
Intqal kif ġew sparati tiri lejn karozza tal-linja u f’parkeġġ qrib il-Ħajt tal-Bikkejja.
Kelliem għall-Pulizija Iżraeljana qal kif il-Korp qiegħed jitratta dan il-każ bħala attakk terroristiku.
Kawża ta’ dan l-attakk, ittieħdu sitt irġiel u mara għall-assistenza medika, b’żewġ persuni jinsabu f’qagħda kritika.
S’issa għadu mhux magħruf minn kien il-moħħ wara dan l-attakk, madanakollu, rapporti qed jgħidu kif il-Pulizija qed tfittex żewġ suspettati li ħarbu minn fuq il-post.
Filmati fuq il-midja soċjali qegħdin juru bosta uffiċjali tal-Pulizija armati, filwaqt li l-adoraturi li żaru l-post kienu mwaqqfa milli joħorġu miż-żona tal-Ħajt tal-Bikkejja għal xi ħin.