Ftit tal-mumenti wara li ħareġ isellem għall-ewwel darba lill-eluf ta’ pellegrini, bħala l-Papa l-ġdid, Robert Prevost, li għażel l-isem ta’ Papa Leone XIV, bosta mexxejja dinjin bagħtu l-awguri uffiċjali tagħhom.
Fost dawn waslu anke mill-ogħla awtoritajiet ta’ pajjiżna fejn il-President Myriam Spiteri Debono, li awgurat lill-Kardinal Prevost għall-ħatra tiegħu, waqt li enfasizzat l-importanza tal-messaġġ inawgurali tiegħu għall-paċi fid-dinja.
Anke l-Gvern feraħ uffiċjalment lill-Kardinal Prevost.
Fi stqarrija, ingħad li l-Gvern Malti jħares ’il quddiem biex ikompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet b’saħħithom li għandu pajjiżna mal-Istat tal-Vatikan tul il-Pontifikat ġdid ta’ Papa Leone XIV.
Il-Prim Ministru Robert Abela nnifsu awgura lill-Papa Leone XIV fuq il-midja soċjali tiegħu.
Dr Abela qal li l-Knisja għandha tibqa’ tkun vuċi importanti favur il-paċi madwar id-dinja kollha.
Intant, diveri mexxejja barranin ukoll awguraw lill-Papa Leone XIV.