Minn tal-inqas għaxar persuni mietu wara li nirien ħakmu sptar fil-Maċedonja ta’ Fuq u li fih kien hemm pazjenti pożittivi għall-Covid-19.
Filmati fuq il-midja soċjali wrew il-binja tal-isptar issir ħuġġieġa nar, fejn il-pumpiera immedjatmanet bdew jikkumbattu biex jikkontrollaw in-nirien li seħħew tard l-Erbgħa filgħaxija.
Il-Ministru għas-Saħħa qal li n-numru ta’ dawk mejta jista’ jibqa’ tiela’, hekk kif bosta kellhom jintbagħtu fi sptar ieħor fil-kapitali tal-pajjiż.