Minn tal-inqas sitt persuni mietu f’Majorca u oħrajn jinsabu mitlufa wara għargħar.
Għargħar li waslu wara li xita qawwija żiedet bil-wisq l-ilma ta’ xmara, li eventwalment għarrqet partijiet minn belt fil-qrib.
L-ilma wassal biex għadd ta’ vetturi inġarru, u iktar minn mitt ħaddiem ta’ emerġenza bdew ħidma ta’ salvataġġ.