Uffiċjalment bdiet it-tellieqa għal min għandu l-ħsieb li jidħol fiż-żarbun tal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson.
Dan wara li l-Ħamis filgħodu ħabbar li se jkun qed jirreżenja minn mexxej tal-Partit Konservattiv wara jiem drammatiċi fejn l-awtorità ta’ Johnson ikkollassat għalkollox.
Fil-fatt matul l-aħħar jiem irreżenjaw kważi sittin membru parlamentari minn l-irwoli tagħhom fil-Gvern ta’ Johnson.
S’issa hemm tliet persuni li wrew interess għal dan l-irwol, fosthom hemm il-Membru Parlamentari Tom Tugendhat, l-Avukat Ġenerali Suella Braverman u l-attivist favr Brexit Steve Baker.
Johnson mistenni jżomm postu sal-Ħarifa sakemm jinstab suċċessur iżda diversi kollegi u politiċi tal-Oppożizzjoni jixtiequ li Johnson jitlaq minnufih.