Bosta qed isellmu l-memorj ta’ dik meqjusa bħala r-reġina tal-moda Brittanika, Vivienne Westwood, li ħalliet din id-dinja lbieraħ fl-għomor ta’ 81 sena.
Westwood tibqa’ mfakkra għall-istili kontrovesjali tagħha fis-snin 70, fejn kienet tiddisinja ħwejjeġ għall-gruppi punk, fosthom is-Sex Pistols. Matul is-snin hija libbset bosta stilel oħra.
Ir-raġel ta’ Westwood, Andreas Kronthaler, li huwa wkoll sieħeb fil-kumpanija tagħha, qal li huma baqgħu jaħdmu sal-aħħar flimkien u hu se jkompli fuq dak li bniet martu.
Id-diżinjatur Marc Jacobs ukoll esprima s-sobgħa tiegħu lejn l-idolu tiegħu.
Id-diżinjatriċi Brittanika se tibqa’ mfakkra wkoll għal dak li qatt ma beżgħet tagħmel fid-dinja tal-moda, u l-messaġġi li kienet tgħaddi bid-diżinji tagħha dwar kawżi ġusti, fosthom it-tibdil fil-klima.
Ritratt: Francois Durand