“Malta u Paceville tilfu pijunier fil-qasam tad-divertiment. Ma nistax nemmen li ftit sigħat qabel kelli niltaqa’ miegħek u l-aħħar kellhom ikunu ‘ħu gost!'”
Dawn huma ftit mill-mijiet ta’ messaġġi li kitbu ħbieb u qraba tal-imprenditur Malti magħruf Hugo Chetcuti. Dan wara li lbieraħ filgħaxija tħabbret il-mewt tiegħu kawża tal-ġrieħi li ġarrab wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina sebat ijiem ilu.
Kienu bosta persuni li fakkru l-memorja ta’ Hugo bħala persuna b’qalb tad-deheb u li dejjem kien lest biex jgħin, u kif ma jistgħux jemmnu li qatt m’huma se jerġgħu jarawh.
Oħrajn fakkru l-aħħar kelmtejn li qalilhom u l-aħħar ritratt li ħadu proprju biss ftit jiem qabel b’persuna minnhom jgħid “Min qatt kellu jgħidilna li dan kellu jkun l-aħħar ritratt li ħadtlek”