Fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz tal-Birgu, bħalissa qed tingħata l-aħħar tislima lil Ġorġ Agius, magħruf sew bħala Ġorġ tal-Mużew.
Il-mewt ta’ Ġorġ tħabbret tard it-Tnejn filgħaxija, fl-età ta’ 94 sena. Huwa miet fir-residenza tal-anzjani San Vinċenz de Paul.
Ġorġ kien magħruf sew għall-imħabba li kellu lejn il-proxxmu, fejn qatta’ snin twal minn ħajtu jżur lill-batut u joħloq tbissima fuq wiċċ dak li jkun b’taqbiliet ħelwin li jkun tela’ hu bihom.