Meta t-Tlieta kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fix-xhieda tal-każ li jinsab mixli bih Yorgen Fenech, tela’ fuq il-pedana tax-xhieda iben Daphne Caruana Galizia.
Matthew Caruana Galizia xehed li huwa kien ikollu diskussjonijiet ma’ ommu dwar xogħolha u semma kif l-eks Assistent Kummissarju Silvio Valletta u Yorgen Fenech kellhom whatsapp chat bejniethom.
Fil-kumpilazzjoni xehed ukoll espert forensiku tal-Europol li semma tfittxijiet li saru ġewwa Portomaso.
Semma mobiles li ġew elevati dakinhar tal-arrest ta’ Fenech.
Barra minn hekk instemgħet ix-xhieda ta’ żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta.
Huma xehdu dwar dgħajjes f’isem l-aħwa Degiorgio.
Fil-Qorti wkoll xehed ċertu wieħed Raymond Schembri li spjega kif Alfred Degiorgio l-‘Fulu’ kien jikri l-karozzi mingħandu.