Kmieni dalgħodu bosta rħewla lejn Raħal Ġdid biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19 fil-klinika mobbli.
Ritratti fuq il-midja soċjali jixhdu kif għa darb’oħra kien hemm konkorrenza tajba għat-tilqim.
Intant il-Prim Ministru Robert Abela qal kif tul din il-ġimgħa baqgħet b’saħħitha l-konkorrenza għall-kliniċi mobbli tal-vaċċin.
Hu rringrazzja lill-ħaddiema kollha li qed jagħmlu dan kollu possibbli kif ukoll lil dawk li għamlu użu minn dan is-servizz.
Hu talab biex dak li jkun iħeġġeġ lil min jaf li għad jista’ jieħu l-vaċċin biex jagħmel dan.