Ix-xita qawwija kompliet taffetwa b’mod negattiv aktar pajjiżi minn madwar id-dinja, din id-darba fiċ-ċentru taċ-Ċina.
Għargħar qawwi li qed tesperjenza l-provinċja ta’ Henan, wassal biex għoxrin elef persuna kellhom jitilqu minn djarhom u jsibu kenn x’imkien ieħor.
Minn tal-inqas tnax-il persuna mietu kawża ta’ din ix-xita.