Fil-ġimgħa li l-Knisja Kattolika qed tfakkar il-mewt ta’ Ġesu Kristu, mijiet ta’ nies illejla terrqu mat-toroq tal-Belt għall-Pellegrinaġġ Nazzjonali favur il-paċi fid-dinja, b’mod partikolari fl-Ukrajna.
Fil-pellegrinaġġ, li beda mill-Knisja ta’ Ġieżu, inħarġu l-istatwa tad-Duluri u anke l-Kurċifiss Mirakoluż ta’ Ta’ Ġieżu.
Dan il-Kuriċifiss meqjum b’tant qima u devozzjoni ġeneralment jinħareġ f’ċirkostanzi straordinarji.
Il-pellegrinaġġ qed jitmexxa mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna, bis-sehem tal-fratellanza u bosta membri tal-Kleru.