Minn tal-inqas ħames persuni ndarbu serjament wara li qalgħu daqqiet ta’ sikkina ġo dar viċin sinagoga fi New York.
Meta l-aggressur daħal fid-dar, li tinsab f’Monsey fin-naħa ta’ fuq ta’ New York, kienet qed issir ċelebrazzjoni reliġjuża li għaliha attendew għexieren ta’ persuni.
Is-suspettat ħarab minn fuq il-post iżda nqabad ftit wara mill-Pulizija u qed jinżamm arrestat.
Qed ikun irrappurtat li wieħed mill-vittmi ingħata minn tal-inqas sitt daqqiet ta’ sikkina.
L-attakk sar l-għada li l-uffiċjali tal-Pulizija fi New York qalu li se jżidu l-preżenza tagħhom u r-rondi f’distretti fejn hemm ħafna Lhud.