Bosta nies qattgħu l-jum tal-Ħadd ġewwa l-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali b’ħafna mal-familja u oħrajn għal xi passiġġata fil-kampanja.
Il-park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali qed iservi bħala l-akbar pulmun aħdar mhux biss taċ-ċentru tal-gżejjer Maltin iżda tal-pajjiż kollu.
Dan wara li l-Prim Ministru Robert Abela inawgura t-tieni fażi minn ħamsa fuq spazji differenti b’investiment ta’ 15-il miljun ewro.
Crew ta’ ONE News mar jitkellem ma’ diversi nies li kienu qegħdin hemmhekk u qalulna kif ir-riġenerazzjoni ta’ dan il-park kienet deċiżjoni tajba hekk kif ġie ferm isbaħ u aktar konvinjenti l-iktar għal dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal hekk kif huwa mgħammar bi spazji ġodda rikreattivi.
“Aħna ġejna l-ewwel darba llum, ġejna mal-ħbieb tagħna, konna sejrin Ta’ Qali n-naħa l-oħra u ddeċidejna li niġu hawnhekk għax isbaħ u vera rranġawh sabiħ. Vera qegħdin komdi llum u iktar safe u hekk għat-tfal.”
“Xejn ġejna s’hawn sabiħ jidher hux.”
“Huwa park vera sabiħ, huwa park verament safe. Aħna tista’ tgħid niġu kull ġimgħa hawnhekk. Hawn ambjent nadif u niħdu gost niġu hawn.”
“Ġie sabiħ ħafna.”
“Iva għandi fejn nilgħab, nista’ nilgħab mal-bestfriends, nista’ nilgħab mad-daddy u l-mummy. U bir-roti wkoll.”
“Jidher sabiħ ħafna, j’Alla l-familji ingawduh u nibqgħu nibżgħu għalih.”
“Ġie sabiħ b’kollox, hawn kumdita u kollox, bit-toilet u kollox, li ssib kollox u toqgħod għad-dell u fejn trid toqgħod.”
“Ifhem onestament vera sabiħ, aħjar mil-ieħor żgur tgħid hawn naqa ta’ tibdil, fjuri, naqra kulur. Ifhmini bħala park ħafna għoġobni jiġifieri ħafna isbaħ mill-ieħor, qed nieħu gost ħafna hawnhekk sa issa.”
“Le sabiħa ħafna x’nista ngħid iktar. Ħeq mhux hekk, il-bankijiet u kullimkien fjuri sbieħ ukoll. Dak li naf. Jiena ma tantx noħroġ imma dawn qed jieħdu pjaċir jilagħbu.”
“kien hemm kambjament kbir fl-ambjent u kif qed naraw anke n-nies jiġifieri qed iħossuhom aktar komdi f’dan l-ambjent.”
Intant, ONE News ħa l-opportunità biex jistaqsi lil dawn in-nies dwar investimenti ta’ spazji ħodor li qed jkomplu jsiru f’pajjiżna. Kulħadd b’kelma waħda, qalulna kif iktar spazji ħodor jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.
“Naħseb hija idea tajba ħafna. Fil-programm elettorali tal-Partit Laburista jidher li qed ituh importanza kbira l-ambjent. Naħseb kienet xi ħaġa li hija bżonnjuża ħafna f’Malta.”
“J’Alla jkun hawn iktar ħalli l-familji jkun hawn fejn jixtiequ jmorru.”
“Aħjar milli kollox ġo xulxin. Lil hawn tfittex l-iktar, fejn hawn il-miftuħ.”
“Naqbel iktar li għandhom jinfetħu hekk, anke minħabba t-tniġġis, se jkollna iktar arja. Illum il-ġurnata nkunu il-ħin kollu bil-karozzi, l-arja titħammeġ. Ħafna aħjar jekk ikollok naqra arja nadifa.”
“Naħseb li se jiftaħ il-Furjana tajjeb. Postijiet oħrajn kollha tajbin.”
“Postijiet bħal dawn għandna bżonnhom hawn Malta għax ma tant hawn minnhom imma jekk jibqgħu sejrin hekk vera komdi għax għad għandna t-tfal żgħar aħna, u hekk nieħdu pjaċir, niġru barra, noqogħdu komdi u jkunu siguri.”