Transport Malta u Yachting Malta, bil-kollaborazzjoni ta’ ħafna aktar entitajiet fis-settur tat-trasport li jinkludu il-Malta Public Transport u Maritime MT, qed itellgħu flimkien attività għall-familja li matulha qegħdin ifhemu il-pubbliku diversi aspetti tal-ħidma tagħhom.
Għal din l-open day, il-pubbliku qiegħed jara mill-qrib, u jingħata spjegazzjoni dwar kif jaħdmu l-entitajiet, filwaqt li jżur diversi stands edukattivi li qegħdin jipprovdu tagħrif dwar is-sigurta fit-toroq, applikazzjonijiet għal grants, applikazzjonijiet għal Tallijna Card u opportunitajiet ta’ xogħol fis-settur marittimu, fost oħrajn.
Din l-attivitaà qed toffri wkoll lezzjonijiet tal-ibburdjar u korsa tar-roti interattiva għat tfal flimkien ma diversi attivitajiet oħra, mużika u divertiment għal familja kollha.
Attenda wkoll għal din l-Open Day il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett li ltaqa’ ma’ bosta nies li żaru din l-open day.