L-Erbgħa wara nofshinar, fil-Knisja Parrokkjali tax-Xagħra Għawdex, ingħatat l-aħħar tislima lis-Supretendent ta’ 43 sena, Edel Mary Camilleri.
Is-Supretendent ħalliet lil din id-dinja s-Sibt 15 ta’ Diċembru wara xhur tiġġieled kontra l-marda qerrieda tal-kanċer
Għal-quddiesa Presente Catavere, attendew għexieren ta’ nies, u fost il-qraba u ħbieb spikkaw diversi kollegi tas-Supretendent lebsin l-unifromi tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
It-tebut kien skortat mill-muturi tal-pulizija lejn il-Pjazza Vitorja fix-Xagħra, fejn il-banda tal-pulizija akkumpanjaw fil-korteo ukoll.
Il-Quddiessa ħa titmexxa mill-Isqof t’Għawdex, Mario Grech, fejn kien hu li ta l-aħħar griżma tal-morda lil Camilleri.
Id-difna ser issir fiċ-Ċimiterju tal-familja fix-Xagħra stess.
Għall-funeral attendew diversi awtoritajiet, fosrthom il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana u l-Kummissarju tal-Pulizija.
Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Michael Farrugia.