Il-familji bdew igawdu l-proġett ta’ riġenerazzjoni li sar fl-Adventure Park f’Ta’ Qali jum biss wara li dan ġie inawgurat u infetaħ mill-ġdid.
Dan hekk kif matul il-jum tas-Sibt ittellgħu bosta attivitajiet għat-tfal.
Intant, crew ta’ ONE News żar is-sit u tkellem ma’ wħud mill-persuni li kienu qed iqattgħu ftit tal-ħin ta’ mistrieħ fi tmiem il-ġimgħa.
Fil-jum tas-Sibt żaru s-sit ukoll il-Koordinatur tal-proġett, Jason Micallef flimkien mal-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg.
Din hija biss waħda mis-sitt siti differenti li fihom qed isir ix-xogħol bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Filwaqt li fl-Adventure Park ġew installati faċilitajiet rikreattivi għat-tfal ta’ bejn it-tlieta u t-tnax-il sena, ġie mgħammar ukoll b’teknoloġija li tiġġenera l-elettriku mir-riħ u b’hekk is-sit huwa aktar sostenibbli.
Dan kollu sar b’investiment ta’ żewġ miljun u tliet mitt elf ewro.