Illum kienet ġurnata frank għal bosta u għalhekk irħewlha lejn postijiet differenti.
F’festa pubblika Heritage Malta reġgħet fetħet ‘l bibien mingħajr ħlas għal numru kbir ta’ siti storiċi dan bħala parti mill-ġimgħa ddedikata għas-servizz pubbliku.
Dan l-istazzjon żar Għar Dalam, dak is-sit li jitfa’ dawk fuq il-pre-istorja ta’ dan il-wiċċ t’art li ra diversi ġrajjiet importanti.
Ma rajniex biss turisti li forsi huma fost l-aktar li jżuru dawn is-siti imma anki familji Maltin li lkoll ħatfu l-opportunità minn din l-inizzjattiva tajba.
Ma naqasx ukoll li nkellmu lil dawk li jinsabu fuq l-għatba li jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola.
Issaħħru jaraw il-fossili ta’ speċi t’annimali slavaġ li llum nassoċjawhom biss mal-kontinent ta’ taħtna, jiġifieri dak Afrikan.
Il-ġimgħa għas-servizz pubbliku fiha diversi attivitajiet li qed isiru bil-għan li jagħrfu lill-pubbliku bix-xogħol li jsir f’diversi Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern.