Steward Health Care Malta qed tagħti borża ta’ studju li tkopri parti mill-ispejjeż ta’ għoxrin ħaddiem fi ħdan il-kumpanija li għażlu jieħdu sehem f’kors ġdid ta’ livell Masters tax-Xjenza fuq il-kura tas-saħħa u t-tmexxija.
Kors li fil-medda ta’ sentejn jiprepara lill-istudenti għal karigi ogħla ta’ tmexxija fi ħdan l-qasam tal-kura u s-saħħa.
Il-Kap eżekuttiv tal-Isptar Ġenerali f’Għawdex Joseph Fenech, tenna li dan il-programm ta’ studju ser jservi ta’ esperjenza edukattiva mill-aqwa li joħloq bażi soda għal dawk l-individwi kollha li jkunu jridu jimxu l-quddiem f’dan il-qasam.
Intant Dr Nadine Delicata, Kapt tal-Operat ta’ Steward Health Care Malta żiedet tgħid li bħala kumpanija ser ikomplu jaħdmu sabiex jipprovdu opportunitajiet ta’ studju għall-ħaddiema tagħhom.
Dan il-kors li huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu f’Għawdex u kien inawgurat mill-Onorevoli Justyne Caruana l-Ħamis li għaddha.