Nies li nqabdu f’aktar minn elf vettura minħabba borra qawwija li damet nieżla aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa fl-Iżvezja, ġew evakwati.
Ħaddiema tas-salvataġġ ħadmu tul il-lejl biex joħorġu lin-nies li spiċċaw maqbuda ġol-vetturi fit-triq prinċipali E22, fin-naħa t’isfel tal-Iżvezja.
Ħafna minn dawn in-nies ġew evakwati minn timijiet ta’ salvataġġ, li qalulhom jirritornaw għall-karozzi aktar tard.
Dan il-kaos fl-ivvjaġġar qed jinqala’ fost temperaturi xitwin u kesħin li qed jiddominaw fil-pajjiżi Nordiċi.
Fil-fatt, kesħa estrema laqtet partijite fl-Iżvezja, il-Finlandja u n-Norveġja, filwaqt li maltempati bis-silġ fid-Danimarka ħallew xufiera maqbuda f’motorway għal jiem sħaħ.
Villaġġ fl-Iżvezja rreġistra l-iktar temperatura kiesħa f’ħames u għoxrin sena, ta’ aktar minn tlieta u erbgħin grad celcius taħt iż-żero.