Persuni mil-Lvant tal-Ewropa spiċċaw imbellħin hekk kif fl-aħħar jiem esperjenzaw borra ta’ lewn oranġjo.
Ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali juru pajjiżi bħar-Russja, l-Bulgarija, l-Ukraina, ir-Rumanija u l-Moldova. li esperjenzaw dan il-fenomenu. Meteoroloġisti qalu li dan il-fenomenu nħoloq kawża tar-ramel li ġie mid-deżert tas-Sahara tħallat mal-borra u x-xita.
Din tiġri darba kull ħames snin iżda għall-ewwel darba l-konċentrazzjoni tar-ramel kienet aktar mis-soltu. Kienu bosta persuni li lmentaw li spiċċaw bir-ramel f’ħalqhom.