Studenti prospettivi tal-isport kemm għal programmi ta’ taħriġ fiżiku u kemm korsijiet akkademici se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn borza ta’ studju apposta għall isport bl-isem ta’ Malta Sport Scholarships.
Din hija is-seba’ sejħa u s’issa ‘l fuq minn sebgħin student ibbenefikaw. L-amministratur tal-boroż ta’ studju, Sylvana Caruana, spjegat li kull student li jrid iħallas għal kors full time jew part time fl-isport minn livell ta’ diploma ‘l fuq jista’ japplika. Studenti full time ikollhom opportunità wkoll ta maintenance grant.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li ‘l quddiem se jkun hawn iktar opportunitajiet fil-qasam sportiv għal diversi żgħażagħ.