Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filghodu il-Pulizija ġiet infurmata li kienet weġġgħet persuna ġewwa sala, fi Triq Ħal Għargħur, l-Iklin.
Raġel ta’ 34 sena u residenti Bormla waqa’ minn fuq scaffolding, għoli madwar sular u nofs.
Jidher li fil-ħin tal-inċident ir-raġel kien qiegħed jgħin lil xi nies ineħħu xi affarijiet wara avveniment.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jiġi kkurat għal ġrieħi serji li sofra.