Brian Muscat, Bormliż ta’ 51 sena, intbagħat erbgħa u għoxrin xahar ħabs wara li nstab ħati li lejlet l-ewwel tas-sena tal-2004 seraq kważi €5,000 f’deheb u flus kontanti minn żewġ appartamenti f’Birkirkara.
Il-każ seħħ fi blokka t’appartamenti fi Triq il-Brared.
Il-Pulizija kienu sabu lill-akkużat nieżel it-taraġ bl-oġġetti misruqa, li kienu jinkludu karusijiet tat-tfal u deheb.
F’idu kellu wkoll għodda li kien uża biex sgassa l-bibien.