Bormliż ta’ 59 sena tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku l-Italja li ħalla żewġ vittmi.
Il-każ seħħ ilbieraħ fuq l-A21, minn Torino għal Piacenza. Il-ħabta kienet bejn żewġ vetturi kbar. Trailer li jġorr il-karozzi u ieħor, dak misjuq mill-Malti, li kien qed iġorr il-merkanzija. Il-vittma huwa Emanuel Coleiro.