Il-komunità Bormliża hija mnikkta bl-aħbar tal-mewt tal-eks Sindku tal-lokal Pawlu Muscat.
Muscat serva għal snin twal bħala Sindku f’din il-lokalita u fl-aħħar xhur kien qiegħed jissielet mal-marda tal-kanċer.
Kien tul il-jum tal-lum li Muscat ħall din id-dinja, bl-aħbar tal-mewt tiegħu twassal għar-reazzjoni ta’ ħafna attivisti fil-Partit Laburista u nies minn Bormla. Ethelbert Schembri, f’isem il-kumitat laburista ta’ Bormla, fakkar kif Muscat kien dejjem lest biex jgħin u dejjem ħadem biex jipprattika dak li dejjem emmen fih.
“Qatt ma ninsewk,” kiteb Schembri. Sentiment li qasmuh miegħu ħafna oħrajn.