Bormla Subbuteo Club kisbu t-tielet trofew staġjonali hekk kif rebħu l-Grand Prix ta’ Spanja.
Il-Bormliżi rebħu l-partiti kollha tagħhom sabiex avvanzaw għall-finali fejn għelbu lil Tiburones ta’ Spanja 3-0. It-tim ta’ Bormla kien kompost minn Charlie Aquilina, George Ebejer, Jason Pisani u l-Belġjan Bessim Golger.
John Zammit ukoll kellu turnew posittiv ma’ ST Stembert hekk kif rebħu t-tielet post billi waslu sas-semifinali fejn kienu megħluba minn Tiburones.
Fil kategorija individwali, Charlie Aquilina u John Zammit rebħu l-gruppi tagħhom fil-kompetozzjoni tal-veterani, iżda it-tnejn kienu eliminati fil-fażi tal-aħħar 16. Fil-kategorija Open, George Ebejer ikkwalifika mill-fażi tal-gruppi iżda kien eliminat fil-fażi tal-barrage.
Il-vjaġġar tal-atleti Maltin ikompli jkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/19081217/IMG_5878.jpeg)