Bormla Subbuteo Club komplew jikkonfermaw l-istatus tagħhom bħala wieħed mill-aqwa klabbs fix-xena internazzjonali fejn bħalissa jinsabu fit-tielet post tar-Ranking FISTF Teams meta fil-weekend li għadda waslu sal-finali tal-Major ta Ateni.
Din kienet l-ewwel finali tagħhom f’ turnew maġġuri t-tnax -il wieħed tagħhom fuq podium din is-sena.
Il-bormliżi rebħu Grupp 1 bi tliet rebħiet minn tlieta 4-0 vs Glyfada ta l-Greċja 4-0 vs Subbuteurs B tal-Greċja u 3-1 ma’ Olympia tal-Greċja. B’hekk għaddew direttament għall- kwarti finali fejn għelbu lil Atlas tal-Greċja 2-0 biex fis semi finali il-bormliżi wettqu rimonta inkredibbli hekk kif f’nofs l-ewwel taqsima kienu qed jitilfu 0-4 u fl-aħħar tal-ewwel taqsima niżlu dan ir-riżultat ta’ 0-3 biex fit-tieni taqsima inqalbet il-folja u kienu Bormla li ġabu d-draw u 6-5 bħala goals.
Hawn ħarġet is-saħħa tat-tim bormliż li ma waqaf qatt u passaġġ għall-ewwel finali tagħhom f’Major mal-qawwa ta’ Falcons tal-Greċja fejn il-loghba ntemmet draw ta 1-1 u 1-2 bħala goals fejn kien goal wieħed biss li fired liż-żewġ timijet. It tim kien kompost min Charles Aquilina, Jason Pisani, il-belġjan Bessim Golger, John Zammit u Josef Camilleri .
Fil-Kategorija Individwali Bessim Golger wasal sal-finali fejn tilef kontra Dimitris Dimopoulos ….u fil-Kategorija Veterani Jason Pisani wasal sas-semi finali fejn tilef kontra Periklis Dimopoulos . Bormla Subbuteo Club issa jkunu impenjati f ‘nofs Lulju għall-Grand Prix tal-Ġermanja f ‘Ludwusburg .
Dan it turnew kien mgħejjun mill-iskemafinanzjarja ta’ Sportmalta f’ parteċipazzjoni internazzjonali . Bormla SC jirringrazzjaw lil Visit Malta, Explore More , Fondazzjoni Kottonera, Ecjs , Mykonos By Yiamas ,Euro club Hotel u Cospicua Dynamos.