Bormla Subbuteo Club spiċċa fil-ħames post fiċ-Champions League tat-Table Football f’Ateni, l-Greċja .
Il-klabb Malti, li huwa kklassifikat bħala n-numru 1 fid-Dinja kien fi grupp A . Bormla bdew il-grupp b’rebħa fuq Hennuyer Belgium 3-1 imbagħad telfa ta’ 1-2 ma’ Falcons Grecja. Segwiet parita’ ta’ 1-1 ma’ Salernitana l-Italja imbagħad telfa 0-3 mal-finalisti Reggio Emilia Frat Bari.
Fl-aħħar żewġ logħbiet tal-grupp Bormla rebħu ma’ Noctuas Greece 2-0 u 4-0 ma’ Phoenix Austria biex għalqu fit-3 post b’10 punti.
Huma kkwalifikaw għall-Kwarti tal-Finali u tilfu 1-2 f’partita s-semi finalisti u Napoli Eagles.
Imbagħad Bormla lagħbu għal 5/8 postijiet fejn rebħu l-ewwel logħba kontra Stembert 4-0 u fil-logħba l-oħra għall-5/6 post rebħu 2-1 kontra Salernitana biex temmew fil-5 post.
It-Tim bormliż kien kompost minn Charles Aquilina , Jason Pisani , William Van Den Houte , Bessim Golger , George Ebejer , Jean Carl Tabone Mauro Camilleri u Josef Camilleri.
Il-Klabb jixtieq jirringrazzja lil Visit Malta, exploremore , SportMalta ,Mykonos minn Yiamas , EuroClub Hotel , EJCS, Fairbet Bormla Dynamos għal ghajnuna taghhom li hija bil bosta Apprezzata .
It-Tournaments li jmiss għal Bormla se jkunu l-Grand Prix ta’ Michelen Belgium ,Grand Prix ta’ Caen France u f’Eugies Belgium .