Bormla rebħu r-regatta ta’ Jum il-Vittorja għad-19-il darba fl-istorja tagħhom hekk kif is-Sibt waranofsinhar fil-Port il-Kbir rebħu l-għaxar tiġrijiet kollha.
Dan ifisser li Bormla rebħu ż-żewg kategoriji, jiġifieri kemm l-‘A’, dik tal-‘open’ u anke l-‘B’.
Fiż-żewġ kategoriji, Bormla ġabu punti massimi, dak ta’ 88 punt.
Din ir-rebħa kienet waħda storika hekk kif Bormla saru l-ewwel klabb li rebħu l-għaxar tiġrijiet kollha.
Dan ir-rekord intlaħaq 50 sena wara li l-Bormlizi rebħu l-ewwel regatta ta’ Jum il-Vittorja, fl-1968.