Hekk kif għada l-Konservattivi se jivvutaw għall-kap il-ġdid tagħhom, jidher li Boris Johnson huwa l-aktar favurit biex jerbaħ din l-elezzjoni. It-taqtiegħa għal kap konservativ se tkun bejn Boris Johnson u Jeremy Hunt.
Wieħed min dawn it-tnejn, it-Tlieta, wieħed minnhom se jsir il-Prim Ministru tal-Ingilterra, li se jieħu post Theresa May.
Il-Prim Ministru l-ġdid irid imexxi n-negozjati mal-Unjoni Ewropea ħabba Brexit. Li dan tal-aħħar kien imgedded minn Marzu sal-aħħar t’Ottubru.
Fil-ħames rawnds ta qabel, Boris Johnson dejjem kellu l-aktar appoġġ.
Philip Hammond, deputat fil-Parlament Ingliż qal li jekk Boris Johnson jintagħżel bħala Prim Ministru huwa se jirrenzja immedjatament mill-Partit Konservattiv.
Intant, is-Sibt il-President Amerikan Donald Trump qal li jekk jintagħżel Johnson ikunu għamlu deċizjoni tajba.